Il-Budget ta’ din is-sena kien deskritt bħala wieħed soċjalment ġust u responsabbli mis-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja.
Bugeja qal li l-Budget huwa soċjalment ġust minħabba li jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn filwaqt li huwa responsabbli minħabba li huwa wieħed sostenibbli, anki kif jindikaw l-estimi finanzjarji li ppreżenta l-Ministru Clyde Caruana fil-Parlament.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost il-miżuri, Bugeja semma’ t-tieni mekkaniżmu tal-COLA, iż-żieda fil-carers allowance, u l-fatt li l-Gvern qed ikompli jassorbi ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, tal-fjuwil, u taċ-ċereali.
B’hekk, dan il-Budget se jkun qiegħed jaċċellera l-irkupru ekonomiku li mistenni jkun wieħed b’saħħtu.