Il-budget għas-sena d-dieħla huwa budget pożittiv għall-ħaddiema u għal min iħaddem.
Dan intqal mil-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela waqt l-estimi finanzjarji dwar il-budget.
Il-Ministru Abela qal li l-Gvern baqa’ f’kuntatt mas-sħab soċjali fit-tfassil tal-budget, fejn ittieħdu bosta miżuri bi qbil bħar-rifużjoni tat-taxxa għal kull min jaħdem, il-vouchers tal-mitt ewro, it-titjib fl-in work benefit u ż-żieda fiċ-children’s allowance.
Saħaq li l-budget għas-sena d-dieħla jħaddan il-miri internazzjonali tal-iżvilupp Sostenibbli sal-elfejn u tletin, u li nkunu ħielsa mill-karbonju sal-elfejn u ħamsin.
Dwar il-ħidma fuq il-Manifest Elettorali, il-Ministru Abela qal li twettaq aktar minn tmenin fil-mija tal-Manifest, li ħafna minnu huwa kruċjali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.
Il-Ministru semma wkoll il-miżura ta’ ġurnata oħra leave għal kull ħaddiem Malti u Għawdxi, li se tagħmel tajjeb biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-familji, fl-istess waqt li ssir ġustizzja mal-ħaddiema għal dak li ttiħdilhom minn Gvernijiet Nazzjonalisti.
Qal kif, “Dan il-Gvern wiegħed li dawk il-ġranet tal-leave li ħaddieħor ħa jagħtihom lura. Kul sena qed ngħatu ġurnata leave addizjonali għal dawk il-festi li jiġu fil-weekend.”
Id-Deputat Laburista Ian Castaldi Paris irrikonoxxa li l-Budget għas-sena dieħla għandu viżjoni għall-għaxar snin li ġejjin, b’għadd ta’ miżuri ta’ spalla għan-negozji, il-ħaddiema u l-familji.
Qal li, “Poltika effetiva, politika tan-nies, man-nies viċin in-nies.Dak li nagħmlu nagħmluħ għaliex nemmnu fih.”