L-Alleanza kontra l-Faqar esprimiet is-sodisfazzjon tagħha bil-miżuri tal-Budget li huma maħsubin biex iwieżnu lil min l-aktar li għandu bżonn; miżuri li jaqblu wkoll ma’ dak li l-Alleanza kienet qed tipproponi fix-xhur li għaddew.
Iċ-Chairman tal-Alleanza kontra l-Faqar, Matthew Borg, faħħar b’mod partikolari l-miżura ta’ mekkaniżmu apposta li daħħal il-Gvern biex jingħata kumpens addizzjonali għall-għoli tal-ħajja lil min hu vulnerabbli. Qal ukoll li l-bqija tal-miżuri soċjali kienu f’waqthom u passi fid-direzzjoni t-tajba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI