Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, Sandro Chetcuti saħaq li dan il-Budget qata’ ix-xewqa tal-Assoċjazzjoni li dan ikun budget tan-nies. Dan għaliex fi kliem il-president tal-MDA il-budget jirrifletti biċ-ċar is-suċċess li qed jikseb pajjiżna u li issa se jgawdi minnu l-poplu. L-Assoċjazzjoni sodisfatta li ħafna miżuri posittivi bħall-First Time u Second Time Buyers inżammu u issa ġew introdotti wkoll miżuri ġodda għall-housing u kirjiet affordabbli
Colin Deguara
Colin ilu għal dawn l-aħħar 5 snin attiv fil-qasam tal-ġurnaliżmu. Huwa gradwat ukoll bħala avukat mill-Università ta’ Malta. L-iżjed rapporti li jħobb jikteb huma dawk marbuta mal-politika. B’mod frekwenti huwa jkun ukoll il-ġurnalist li jirraporta għal ONE NEWS mill-awli tal-Qorti dwar każijiet kbar li jkunu għaddejjin, filwaqt li ħadem fuq numru ta’ produzzjonijiet għall-midja soċjali b’rabta ma’ ġrajjiet kurrenti.