Il-Kamra tal-Kummerċ iddeskriviet il-Budget għas-sena d-dieħla bħala wieħed li jippreserva l-ekonomija Maltija.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ, Marthese Portelli, stqarret li l-Kamra laqgħat b’sodisfazzjon l-impenn tal-Gvern biex jiġu ssussidjati l-prezzijiet tal-enerġija, filwaqt li dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà jingħataw il-poter finanzjarju li għandhom bżonn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hija qalet li l-Kamra laqgħet ukoll miżuri li se jkun qed jieħu l-Gvern lejn titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u Għawdxin.
Marthese Portelli rrimarkat b’mod partikolari s-sodisfazzjon tal-Kamra għat-twaqqif ta’ Bord tal-proprjetajiet ġodda, li jħares l-estetika tal-binjiet ġodda.