Il-budget imħabbar mill-Gvern it-Tnejn filgħaxija jista’ jitqies bħala budget b’ruħ soċjali u li se jgħin lil dawk l-iżjed vulnerabbli fis-soċjetà.
Kliem l-ekonomista JP Fabri, meta mistoqsi għar-reazzjoni tiegħu mill-ġurnal ftit tal-ħin wara li tħabbar il-budget.
Fabri stqarr: “This budget can therefore be seen as having a social soul and supporting low-income of vulnerable people in society.”
L-ekonomista spjega kif din id-dikjarazzjoni hija mnebbħa mill-għexieren ta’ miżuri soċjali li kompla jieħu l-Gvern fil-budget għas-sena d-dieħla.
Dan hekk kif il-budget se jsostni skemi bħal dik tal-equity sharing, iż-żieda fil-pensjonijiet u l-inċentivi għal persuni b’diżabilità li ddaħħlu fis-snin li għaddew.
Iżda l-budget ta’ dis-sena jmur lil hinn minn dawn l-inzijattivi hekk kif dawn l-il-miżuri se jitwessgħu għal iżjed nies jew fil-każ tal-pensjonijiet, li se jiżdiedu b’€7 fil-ġimgħa.
L-ekonomista Fabri nnota wkoll li dan il-baġit qed jiffoka iżjed fuq l-ambjent.
“A number of measures have been introduced, primarily pensions but also very much towards the affordability of housing. Also there has been a distribution more towards the environment rather than product generating activities”, sostna Fabri.
Fl-intervent tiegħu mal-gazzetta, Fabri rrikonoxxa li l-Gvern qiegħed jiġġieled il-ħasil tal-flus.
Dan b’reazzjoni għall-miżuri fil-budget f’dan ir-rigward, fejn fost l-oħrajn tħabbar li transazzjonijiet bi flus kontanti li jaqbżu l-€10,000 se jiġu pprojbiti.
Fabri temm jgħid: “The regulatory element of government has also been strengthened with a consistent development in terms of money laundering but also strengthening regolatory institutions.”