Il-kumitat tal-Bubble Festival qed iħejji għat-tieni edizzjoni li se ssir fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
Dan il-festival jiċċelebra l-arti u l-mużika kontemporanja, b’emfasi fuq attivitajiet li jqajmu kuxjenza fuq temi pożittivi.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata fost oħrajn mill-Ministru Jose Herrera, tħabbar li se jsiru taħdidiet u workshops, oragnizzati minn “nies b’qalb tajba li jridu jsibu posthom fid-dinja mgħaġġla tal-llum”.
Il-Ministru Herrera qal li l-festival kien suċċess is-sena li għaddiet, tant li €13,000 inġabru għall organizazzjonijiet mhux governattivi. Stqarr li organizazzjonijiet mhux governattivi jeħtieġu struttura u l-Gvern lest jikkontribwixxi permezz tal-iskema ta’ fondi imnedija ftit ilu.
Din is-sena l-fondi jitqassmu kif ġej:
Il-festival se jsir bejn il-23 u l-25 ta’ Settembru f’Għajn Tuffieħa.