Mijiet ta’ nies inġabru ħdejn il-monument tal-Love f’San Ġiljan b’turija ta’ solidarjetà għal dawk li nqatlu fid-diżgrazzja ta’ Orlando. Jiddominaw il-kuluri tal-LGBTIQ. Preżenti għal din l-attività kien hemm l-ambaxxatriċi Amerikana għal Malta G. Kathleen Hill. In-nies żammew ix-xemgħat f’idejhom u għamlu mumenti ta’ skiet.
Il-Ħadd inqatlu 50 persuna f’diskoteka fi f’Orlando, fl-Istati Uniti bl-etajiet ivajraw bejn it-18 u l-50 sena. L-attakk, meqjus bħala wieħed terroristiku, twettaq min Omar Maten, ċittadin Amerikan li safa maqtul mill-Pulizija ftit mumenti wara.