Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li pprogrammat b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq. S’issa dan il-programm twettaq f’żewġ żoni speċifiċi u r-riżultati huma inkoraġġanti ħafna. Il-Korporazzjoni issa tista’ tittraċċa minn jisraq l-ilma b’mod sistematiku. S’issa, il-prevenzjoni tas-serq tal-ilma kienet biċċa xogħol impenjattiva li kienet tinvolvi investigazzjonijiet estensivi u riżorsi umani.
Il-proġett jinvolvi l-użu ta’ teknoloġiji ġodda li jitimgħu algoritmi lis-sistema u li huma kapaċi jindividwaw lill-awturi tas-serq.
Permezz ta’ din is-sistema diġa ġie identifikat każ partikolari li kien jinvolvi individwu li kien qed jisraq
madwar 35% tal-ilma totali mitmum f’raħal speċifiku Għawdxi. L-evidenza qed tiġi fformalizzata u
każijiet kollha bħal dawn se jintbagħtu lill-pulizija għal azzjoni ulterjuri minn naħa tagħhom.
Matul ix-xhurli ġejjin, it-teknoloġija użata għal dan il-proġett pilota se tkompli tinfirex madwar Malta
u Għawdex.