L-istazzjon ċentrali tal-ferrovija fi Brussell kien evakwat wara li nstemgħet splużjoni. Għalkemm l-ewwel dikjarazzjonijiet mill-pulizija Belġjana jindikaw li kollox jinsab taħt kontroll.
Rapporti qed jgħidu li persuna li kienet liebsa ċintorin ta’ splussiv twaqqfet fil-ħin mill-forzi tal-ordni filwaqt li l-pjazza ewlenija tal-Belt, il-Gran Place, kienet evakwata.
Din mhix l-ewwel darba li Brussell qed jisfa fil-mira tat-terroristi. Is-sena li għaddiet 32 persuna mietu wara attakk fl-ajruport mill-Istat Iżlamiku.