Raġel Ġermaniż, ħabib tal-unika suspettat fil-każ tal-ħtif ta’ Madeleine McCann, Christian Brueckner, tkellem għall-ewwel darba ma’ gazzetta Ġermaiża.
Ir-raġel qal li meta kienu qed jitkellmu hu u Brueckner, u Brueckner kien xurban, dan ammetta li allegatament ħataf liċ-ċkejkna.
Meta mistoqsi kif din setgħet sparixxiet mingħajr ebda traċċa, Brueckner allegatament kien wieġeb li din m’għajjtitx.
Brueckner ġie identifikat bħala suspettat fl-2020, minkejja li jiċħad l-involviment tiegħu fil-każ.
Ir-raġel qal li hu kien ħaseb li Brueckner għandu x’jaqsam mal-każ.
McCann għebet fl-2007, waqt btala fi Praia da Luz, il-Portugal, meta kellha biss 3 snin.
Dak iż-żmien, Brueckner, kien jgħix l-inħawi.