Fil-jiem li għaddew Federazzjoni Maltija Lotta ħadet sehem fl-English Wrestling Championships li saru ġewwa Sheffield l-Ingilterra. It-tim kien kompost minn tliet lottaturi: Gary Giordmaina 61kilos, Nico Zarb 79kilos, Cedric Vella 97kilos u minn Jesmond Giordmaina bħala Kowċ u Abraham Vassallo bħala Referee Internazzjonali.
Għal Gary Giordmaina din mhux l-ewwel darba li kiseb riżultat tajjeb f’dawn il-kampjonati u din id-darba rebaħ il-Bronż. Gary beda b’rebħa kontra Sam Khan u imbaghad fil-Kwarti Finali għeleb lil Eddie Burns (England North Region) b’fall. Fis-semifinali tilef kontra Haroon Yousoufi (London Wrestling Academy) ir-rebbieħ tal-midalja tad-deheb. Fil-ġlieda għat-tielet u r-raba’ post, Gary għeleb lil Amir Mirzai (GnG Wednesfield) b’fall biex ħa l-midalja tal-Bronze.
Nico Vella, kien qed jikkompeti kategorija ikbar mis-soltu. Nico ikkompeta kontra Aruin Haluaizde (Prometheus Wrestling Club) fejn tilef b’superiority u b’hekk inqala mill-kompetizzjoni. Permezz tal-positive points, hu spicca fl-għaxar post minn tnax il-lottatur.
Cedric Vella, lottatur żagħżugħ promettenti, fil-kategorija 97kg beda tajjeb, iżda tilef kontra il-lottatur b’iktar esperjenza, Ion Grigor (Prometheus Wrestling Club) rebbieħ tal-midalja tal-Bronze. Cedric spiċċa fil-ħames post minn disa’ lottaturi.
Jesmond Giordmaina kien il-kowċ tat-tim Malti. Abraham Vassallo kien ir-Referee Internazzjonali inkarigat mit-tapit peress li kien ir-referee bl-iktar esperjenza fejn anke irrefja diversi finali.
Il-parteċipazzjoni maltija setgħet isseħħ grazzi għal Sportmalta, il-Kumitat Olimpiku Malti u Bridgepoint.