Operaturi li jaħdmu l-vjaġġ bejn l-Ingilterra u Franza qegħdin jirrapportaw li regoli Franċiżi marbuta mal-imxija saru aktar restrittivi.
Dan ifisser li l-Brittaniċi li jgħixu fl-Ewropa ma jistgħux jivvjaġġaw lejn jew minn Franza biex jaslu għall-Unjoni Ewropea.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minkejja dan, il-Ministru Franċiż għall-Intern qal li ma kien hemm l-ebda regoli ġodda iżda qed jinforzaw restrizzjonijiet li daħlu qabel Jum il-Milied.
Dan filwaqt li l-Gvern Ingliż bħalissa qed ifittex li jikkjarifika din is-sitwazzjoni.