Brittaniċi li ġejjin lejn ir-Renju Unit mill-Belt Ċiniża ta’ Wuhan u mill-provinċja ta’ Hubei qed jinżammu taħt superviżjoni għal perjodu ta’ ġimgħatejn minħabba l-biża b’konessjoni mal-Coronavirus.
Madwar 200 persuna bħalissa jinsabu maqbuda f’Wuhan iżda huma mistennija jgħaddu minn dan il-proċess bħala prekawzjoni hekk kif ġejjin minn titjira minn Wuhan. Filwaqt li numru ta’ titjiriet oħra fil-pajjiż pposponew it-tlugħ tagħhom minn kif kien pjanat.
Huwa mifhmum li l-passiġġieri jridu joqogħdu taħt osservazzjoni għal perjodu ta’ madwar 14 –il ġurnata f’iżolament u jingħataw it-trattament meħtieġ li jirrakomandaw l-esperti.
Kelliema tennew li qed jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex dawn il-passiġġieri li ġejjin minn Wuhan jaslu lura f’pajjiżhom b’mod sigur għall-aħħar.