L-artista ta’ fama mondjali, Britney Spears, skużat ruħha mas-segwaċi tagħha fuq Instagram talli ppretendiet li kienet tinsab tajba.
Dan waqt li kienet għaddejja minn diffikultajiet f’ħajjitha li sejħitilhom abbużi li saru minn familtha mill-kontroll li kellhom tal-finanzi u ta’ affarijiet personali tagħha.
Kien l-Erbgħa li għadda li Spears xehdet fil-Qorti fejn tenniet li trid li tieħu l-kontroll ta’ ħajjitha lura wara 13-il sena miżmuma taħt kontroll strett.
Hi żvelat bosta arrangamenti li kien hemm fuq ħajjitha, fosthom anke ma tħallitx tiżżewweġ lis-sieħeb tagħha u lanqas tħalliet ikollha tfal.