“L-Aqwa jum għalija”. Hekk saħqet il-kantanta ta’ fama mondjali Britney Spears wara li lbieraħ, Imħallef tal-Qorti Superjura f’Los Angeles, iddeċidiet favur it-talba tal-kantanta.
Għalhekk wara 13-il sena, ilbieraħ intemm l-arranġament legali, li permezz tiegħu ħajjet Spears kienet fil-kontroll ta’ missierha Jamie.
Minkejja li Britney Spears ma attendietx għal din is-seduta fil-Qorti, l-Avukat tagħha għaddha l-messaġġ ta’ ringrazzjament ta’ Spears lill-folla miġbura, li fil-mument li ħarġet l-aħbar infexxew ikantaw il-kanzunetti tagħha barra l-Qorti.