Il-linja tal-ajru British Airways mhux se tibqa toffri ikel lill-passiġieri li jaqtgħu biljetti economy għal titjiriet t’inqas minn tmien siegħat u nofs, l-ikliet se jinqatgħu ukoll għal passiġieri li jivvjaġġaw premium għal titjiriet t’inqas minn seba’ siegħat u nofs.
Din l-aħbar ħarġet wara li l-linja tal-ajru kienet se tibda żżom aktar flus għal dawk l-ikliet.
Il-passiġiera se jibdew jingħataw ikla waħda, filwaqt li jkollhom jixtru xi ikel ieħor jekk jaqbadhom il-ġuħ matul it-titjiera.
Ħafna mit-titjiriet li jitilqu mill-Ingilterra għall-Amerka, li jinkludi wkoll New York, idumu bejn seba’ u tmien siegħat filwaqt li l-vjaġġ għal Toronto u Montreal fil-Kanada jieħu madwar seba’ siegħat.