Il-linji tal-ajru British Airways, EasyJet u Ryanair nedew azzjoni legali kontra l-miżura tal-kwarantina tal-Gvern tar-Renju Unti.
Mit-8 ta’ Ġunju, dawk il-persuni li jasslu fir-Renju Unti huwa meħtieġa jipprovdu lill-awtoritajiet b’indirizz u jkollhom joqogħdu fi kwarantina għal 14-il jum.
Fi stqarrija konġunta, it-tliet linji tal-ajru ddeskirvew dawn ir-restrizzjonijiet bħala difettużi u li se jkollhom effett devastanti fuq is-settur turistiku Ingliż kif ukoll fuq l-ekonomija li possibiliment jintilfu bosta impjiegi.
It-tliet kumpaniji ressqu dokumenti legali quddiem il-Qorti Għolja nhar il-Ħamis filwaqt li talbu biex il-każ jinstema’ mill-aktar fis possibbli.
L-istqarrija qalet illi għad ma hemmx kif u meta safe corridors se jiġu introdotti minn u lejn ir-Renju Unit.