Illejla fuq ONE se jixxandar episodju ieħor ta’ ‘Brillanti’, bl-isfida issa tidħol fil-fażi tas-semifinali.
Il-preżentatur tal-programm, Joseph Chetcuti, qal li fil-programm tal-lejla wieħed se jistenna spettaklu u emozzjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
“Se jkollna sitt ġimgħat u sitt sfidi li fihom aħna dawn it-12-il semifinalista se noħorġuhom ’il barra mill-comfort zone. Illum se jkun ‘Brillanti’ goes group: se naqsmu i-semifinalisti fi gruppi ta’ tlieta u se jkollhom idoqqu xi ħaġa. Eżempju, wieħed mill-gruppi se jdoqq Bohemian Rapsody. Se jiġri l-imprevvist, se jkun hemm ħafna sorpriżi illejla, jiġifieri t-telespetatturi Maltin se jkollhom siegħa u nofs ta’ spettaklu u emozzjoni.”
Il-programm ‘Brillanti’ jibda fit-tmienja u nofs fuq ONE.