Fit-Teatru Manoel, illejla se jinżel is-separju fuq l-ewwel sensiela tal-programm ‘Brillanti’.
Dan il-programm speċjali, li se jixxandar fuq l-istazzjon ONE, huwa l-finali ta’ din il-kompetizzjoni li ppreżentat lit-telespettaturi xita ta’ talent mużikali fi vjaġġ emozzjonali.
Minn mitejn applikazzjoni, issa baqa’ biss il-ħames finalisti.
Qal, “Se jkollna r-red carpet, ħafna kurżitajiet: x’se jilbsu n-nies, x’ma jilbsux, x’se jgħidulna. Infatti, il-programm se jibda fit-tmienja u għaxra, ftit wara l-aħbarijiet, u mbagħad jibda l-ispettaklu. Se jkollna anki special guest lil Carl Bee u interessanti kif se nżewġu l-mużika elettronika mal-ħames finalisti tagħna.”
It-talent tal-ħames finalisti jvarja. Fil-fatt, Daniel Caruana jdoqq il-pjanu, Samuel Cutajar idoqq il-vjolin, u Julian Spiteri idoqq il-klarinett. Kristy Spiteri u Georg Zammit se jagħmlu użu mill-vuċi tagħhom bħala sopran u tenur rispettivament.
Qal, “Fetħu l-applikazzjonijiet għas-sensiela tas-sena li ġejja, ‘Brillanti goes Dance’. Kull min għandu talent fl-iżfin japplika. L-applikazzjonijiet huma b’xejn u kulma jrid jagħmel huwa li jidħol fis-sit ta’ ‘Brillanti’ fuq Facebook jew inkella jċemplilna 9922 9011.”
Ir-rebbieħ tal-ewwel sensiela ta’ ‘Brillanti’ se jirbaħ għaxart elef ewro flimkien mal-opportunità li jdoqq bħala solista ma’ orkestra professjonali.