Mill-Ġimgħa 8 t’April, ONE ser ikun qed iwassal programm ġdid, BRILLANTI. Bi preżentazzjoni ta’ Joseph Chetcuti, dan il-programm ser ikun qed jippremja t-talent lokali.
Ġurija professjonali ser tkun qed tiġġudika bosta talenti li resqu quddiemhom f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta.
L-ewwel membru tal-ġurija huwa ħadd ħlief, Albert Storace – b’aktar minn 40 sena fil-mużika klassika u l-opra
It-tieni membru tal-ġurija hija s-soprana Nicola Said, persuna kapaċissima fil-vuċi u li żgur ser tiġġudika u tagħti l-pariri xierqa lil kull min ser jersaq quddiemha waqt il-programm BRILLANTI
Ma’ Albert u Nicola, jingħaqad Wayne Marshall, kunduttur, organista u pjanista ta’ fama internazzjonali li żgur li ser jagħti valur lill-panel ta’ ġurija.
BRILLANTI ser ikun programm b’taħlita ta’ talenti, uċuħ ġodda, emozzjonijiet u divertiment fl-istess ħin. Segwih kull nhar ta’ Ġimgħa fit-8:30pm fuq ONE.