Tul il-Jum tal-Ħadd l-attivitajiet marbuta mal-Karnival ħarġu ’l barra mill-Belt Kapitali u l-Furjana u waslu sal-Ħamrun fejn ittellgħu għadd ta’ attivitajiet differenti fosthom żfin, sfilati, karrijiet u daqq ta’ mużika.
Il-Ħadd filgħodu apparti l-kuluri u l-briju tal-Karnival fil-Ħamrun spikkat l-għaqda. Dan hekk kif il-Baned Ħamruniżi ngħaqdu sabiex iferrħu ’l dawk preżenti għall-Karnival fil-Ħamrun.
Il-Karnival fil-Ħamrun issa qed isir għat-tieni sena konsekuttiva b’tali mod li jkompli jżid mal-kalendarju t’attivitajiet, kif qalilna Mario Camilleri: wieħed mill-organizzaturi.