Minkejja x-xita, ir-riħ u l-bard, iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Università komplew ġmielhom. Dan hekk kif bosta gradwati komplew jiċċelebraw fit-toroq Maltin bl-użu ta’ tal-linji b’żewġ sulari.
Il-brijju ma naqasx minkejja x-xita u kif ukoll il-bard li ħakem lil Malta f’dawn l-aħħar jiem. Bosta fuq is-sit soċjali ta’ Facebook u kif ukoll fuq Instagram qasmu l-ferħ tagħhom dwar kif irnexxielhom jaslu s’hawn, fejn kien hemm min anke kiteb messaġġi ta’ ringrazzjament lil dawk li kienu ta’ għajnuna.
Illum ‘il fuq minn 400 student mill-Fakultajiet tal-Ekonomija, tal-Maniġment u tal-Kontabilità se jkunu qed jigradwaw, bl-ewwel ċerimonja tibda fl-4:00p.m. u oħra fis-6:30p.m.