Fost bosta preparamenti għaċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ ta’ Valletta 18 li se tkun qed tilħaq il-qofol tagħha s-Sibt 20 ta’ Jannar, dawk kollha li daħlu l-Belt dalgħodu ġew milqugħa b’diversi attivitajiet.
Fost dawn, fit-toroq tal-Belt inħoloq brijju mill-isbaħ permezz ta’ daqq brijjuż minn banda u żfin minn persuni lebsin kustumi karnivaleski li allegraw lil kull min kien għaddej mit-toroq prinċipali tal-Belt.