Brian Tonna fi stqarrija xejjen dak li qed tallega Daphne Caruana Galizia. Permezz ta’ stqarrija, preżenta dokumentazzjoni li turi ċar li Egrant hija tiegħu.
Tonna qal li l-kumpanija Egrant tnediet fl-erba’ ta’ Lulju 2013. Spjega li meta tiftaħ kumpanija l-Panama jkollok bżonn żewġ entitajiet jiffirmaw quddiem nutar. Dawn kienu Dubro Limited u Aliator. Fis-disa’ ta’ Lulju waqt laqgħa tal-bord tad-diretturi, inħarġet share f’isem ATC Administrators Inc. Riżultat ta’ dan, Dubro Limited u Aliator ma baqgħux shareholders tal-korporazzjoni. Isimhom baqa’ jidher fir-reġistru pubbliku iżda ma baqgħux shareholders wara Lulju 2013.
Dan it-tibdil fis-shareholders ikun reġistrat fir-reġistru intern tal-korporazzjoni. Fid-disa’ ta’ Awwissu 2013 Brian Tonna sar is-sid tas-sehem li jirrappreżenta l-kapital kollu tal-korporazzjoni. ATC Administrators baqgħat shareholder ta’ dan is-share fuq bażi ta’ fiduċjarja u f’isem Brian Tonna. Dikjarazzjoni ta’ trust, kif inhu normali f’dan iċ-ċirkostanzi, tnediet fl-istess data. Annessa Tonna bagħat kopja ta’ din id-dikjarazzjoni, iffirmata mill-awtoritajiet rappreżentati ta’ ATC Administrators Inc. Struzzjonijiet iffirmati minn Brian Tonna, bħala sid u benefiċjarju ewlieni, intbagħatu u ġew aċċettati mid-direttur ta’ Egrant biex jibda proċess ta’ dissolviment fid-19 ta’ Jannar 2017, liema proċess issa ġie konkluż.
Brian Tonna qal li ebda dokumentazzjoni oħra ma teżisti jew qatt eżistiet. Il-Korporazzjoni qatt ma nnegozjat, ireċiviet pagament jew kellha kont bankarju. Ebda dokumentazzjoni kif qed ikun allegat setgħat kienet preżentata lil Pilatus Bank jew bank ieħor bil-għan li jinfetaħ kont lill-Egrant . Fi kliem Tonna: “For the record, no such documentation was in fact ever presented”.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/04/attachment-1-1.pdf” title=”attachment 1 (1)”] [pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/04/attachment-1-2.pdf” title=”attachment 1 (2)”] [pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/04/attachment-1-3.pdf” title=”attachment 1 (3)”] [pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/04/attachment-1-4.pdf” title=”attachment 1 (4)”]