Quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, Brian Tonna għażel li ma jirrispondix għal numru ta’ mistoqsijiet li sarulu minħabba domandi simili li qed f’inkjesti oħra.
Tonna kien akkumpanjat mill-Avukat Stephen Tonna Lowell.
Dr Tonna Lowell qal li l-klijent tiegħu qed jagħżel li ma jweġibx peress li hu qed jaffaċċja akkużi u l-każ tiegħu għadu għaddej.
Il-Kumitat kien qed jiddiskuti l-kuntratt tal-Electrogas.
L-Avukat tas-Sur Tonna qal li l-klijent tiegħu ġie mistoqsi dwar l-Electrogas f’inkjesti oħra li jistgħu jimplikawh bħala potenzjal suspettat.