Id-diskussjonijiet dwar it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jkunu liberi u miftuħa. Dan qalitu Theresa May, hija u tipprepara għall-ewwel żjara tagħha f’diversi bliet Ewropej.
May qalet li huwa kruċjali li jinżammu rabtiet kummerċjali b’saħħithom biex ikun assigurat li r-Renju Unit jagħmel suċċess mid-deċiżjoni ta’ ħruġ mill-Unjoni Ewropea.
Hija mistennija jkollha working dinner ma’ Angela Merkel fil-jum tal-Erbgħa qabel ma jkollha diskussjonijiet ma’ Francois Hollande il-Ħamis. Qabel ma ssiefer, hija mitluba twieġeb l-ewwel mistoqsijiet bħala Prim Ministru.