Sa issa għad m’hemm ebda ftehim fuq Brexit mis-summit Ewropew li qed isir fi Brussell f’dawn il-jiem. Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May sfat vittma ta’ kritika, u qed tkun imħeġġa biex ittawwal il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ Brexit.
Kien hemm min ittama li s-summit li hemm għaddej bħalissa, deskritt bħala il-mument tal-verità għal Brexit, ikun giljottina fuq l-apatija li tidher li ħakmet lin-negozjaturi Ingliżi. L-Unjoni Ewropea qed tgħid li ma sarx biżżejjed progress, u qed tikkunsidra summit finali f’Novembru biex tingħata l-piena fuq Brexit.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħeġġeġ lil May biex tirritorna Brussell b’soluzzjoni bbażata fuq kompromess politiku min-naħa tar-Renju Unit, biex b’hekk jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.