Theresa May qed taffaċja rivoltà minn tliet ministri li huma kontra Brexit.
Margot James, Richard Harrington and Claire Perry qed jgħidu li se jirreżenjaw jekk May ma tneħħix il-possibilità jispiċċa barra mir-Renju Unit mingħajr ftehim mal-Unjoni Ewropea.
Il-kwistjoni Brexit se tkun fuq l-unika materja fuq l-aġenda tal-kabinett li qed jiltaqa’ llum. Iktar tard May mistennija tagħmel stqarrija ministerjali fil-House of Commons.
May kellha diversi laqgħat ma’ mexxejja Ewropej waqt is-summit fl-Eġittu sabiex tipprova ġġib konċessjonijiet dwar il-ftehim sabiex tissodisfa kritiċi tal-ftehim fir-Renju Unit.