L-ogħla qorti f’Londra minn hawn u ftit sigħat oħra mistennija tagħti d-deċizjoni tagħha jekk il-Prim Ministru Theresa May tridx titlob l-approvazzjoni tal-membri tal-House of Commons qabel ma tibda l-proċess formali biex toħroġ lill-pajjiżha mill-Unjoni Ewropea.
Għadd ta’ ċittadini li ma jaqblux li r-Renju Unit għandu jitlaq mill-unjoni, talbu l-qorti tiddeċiedi jekk May tistax tapplika l-Artiklu 50, il-mekkaniżmu formali għat-tluq, qabel l-aħħar ta’ Marzu.
Jekk il-qorti taqtagħha kontra May, ikunu l-Membri Parlamentari Ingliżi li jiddeċiedu meta jiskatta dan il-mekkaniżmu u dan jista’ jwassal għal dewmien jew saħansitra jimblokka l-Brexit kompletament.