Il-vittma tinsab f’qagħda stabbli u ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Aktar qabel:Dalgħodu, żagħżugħ Somalu ta’ 28 sena residenti ż-Żebbuġ waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq il-promenade, fi Triq it-Torri, tas-Sliema, u sab ruħu fuq il-blat tax-xatt.
Team mediku mill-Isptar Mater Dei ta l-ewwel assistenza medika fuq il-post peress li r-raġel kellu xi feriti. Ftit ħin wara li kien qed jiġi medikat fl-Isptar, huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.