Dalgħodu, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia inawgura l-wirja ‘Breaking Stereotypes in Professions’, li qed issir fil-Parlament.
Din il-wirja qed tittella’ b’kollaborazzjoni mal-Malta Federation of Professional Associations, li tirrappreżenta madwar 10,000 persuna bi professjoni.
Hawnhekk l-Ispeaker fakkar li l-kisbiet politiċi u ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali li l-poplu Malti u Għawdxi għamel tul iż-żmien, huma frott il-għaqal, il-bżulija, ix-xogħol, id-determinazzjoni u t-tmexxija u t-treġija tajba.
F’din il-konferenza, f’isem il-Gvern kien hemm id-deputat Katya De Giovanni.
Il-pubbliku hu mistieden iżur din il-wirja fil-bini tal-Parlament ta’ Malta sat-Tnejn 18 ta’ Settembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00 ta’ filgħodu u l-5.00 ta’ waranofsinhar, Sibtijiet, Ħdud u festi pubbliċi bejn id-9.00 ta’ filgħodu u n-nofsiegħa.