Brażiljana ta’ 22 sena nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata li mal-wasla tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara titjira diretta minn Barċellona inqabdet li kellha madwar kilo kokaina moħbi ġo fiha, inkluż fl-istonku.
Fl-Ajruport, il-Pulizija kienu qed iwettqu spezzjonijiet ta’ rutina fuq il-passiġġieri meta nnotaw movumenti suspettużi mill-mara, li, appena ndunat bil-preżenza tagħhom, ipprovat taħrab, iżda nqabdet mill-ewwel.
Testijiet tal-X-Ray, li saru bl-assistenza ta’ uffiċjali tad-Dwana, sabu li kienet qed iġġorr pakketti suspettużi f’ġisimha. Minn hawn ittieħdet l-Isptar Mater Dei għal iżjed testijiet intensifikati fejn irriżulta li kellha madwar kilo sustanza suspettata kokaina, b’valur fit-triq ta’ kważi €130,000.
Hija wieġbet mhux ħatja.