Is-Senat Brażiljan ivvota favur it-tneħħija tal-President Dilma Roussef.
Hija se taffaċja ġuri, hekk kif tinsab akkużata li mmanipulat finanzi pubbliċi b’mod illegali qabel l-elezzjoni tal-2014, sabiex jidhru riżultati tajba fl-andament ekonomiku, minflok defiċit li qiegħed jiżdied.
Membri tas-Senat ivvotaw li jissospenduha b’55 vot kontra 22, minkejja li ċaħdet l-allegazzjonijiet. Il-ġuri jista’ jdum sa 180 jum, li jkun ifisser li waqt il-Logħob Olimpiku, Rousseff mhix se tkun preżenti. Il-Viċi President Michel Temer issa qiegħed jaqdi rwol ta’ President minflok.