Fl-24 ta’ Ġunju, World Pro Racing flimkien mal-Malta Motorsport Federation ħejjew it-tielet tellieqa uffiċjali fuq Gran Turismo Sport. Tmin xufiera ħadu sehem ġewwa it-trakka SPA Francorchamps għal ħmistax il dawra.
Is-sezzjoni tal-prattika kienet ferm interessanti meta kulħadd beda jipprova jagħmel ħiltu biex iġib l-aħjar ħin u jsib il-potenzjal tal-karozza, infatti kien hemm ftit inċidenti żgħar. Nicky Gauci għamilha biċ-ċert li ħadd ma jagħmel ħin aħjar minnu u warajh segwit minn Brandon Bonello u fit-tielet post Branton Pulis wara li fis-sezzjoni tal-ġimgħa ta’ qabel kellu qtugħ ta dawl u tilef it-tellieqa.
Waqt il-kwalifiki Bonello għamel l-aħjar ħin wara ħames minuti. Pulis wera potenzjal u għamel ħin tajjeb ta 2:18.804, 0.498 sekondi wara Bonello. Charles Mori fit-tielet post b’ħin ta’ 2:19.778. Però kien għad baqa’ ħin biex ikompli itejbu il-ħin tagħhom, b’hekk Gauci tela’ fit-tieni post wara l-ewwel dawra tiegħu b’ħin ta’ 2:18.504. Fl-aħħar ftit minuti tal-kwalifiki Pulis irnexxielu jitla’ fil quċċata, sakemm Bonello reġa’ tejjeb il-ħin tiegħu ta’ 2:17.537 u żamm il-post sat-tmiem. Gauci reġa’ tejjeb l-aħjar ħin tiegħu però ma kienx veloċi biżżejjed biex jitla’ fl-ewwel post u kellu jikkuntenta bit-tieni post b’ħin ta 2:17.636.
It-tellieqa bdiet bla ebda inċidenti fejn Shaun kiseb ir-raba’ post wara li qala lil Mori eżatt ftit-qabel ir-raba’ kantuniera. Ma tantx qala tajjeb skont l-uffiċjali li kienu qed isegwu it-tellieqa għaliex kien hemm ftit kuntatt ma’ Mori però żamm il-pożizzjoni tiegħu. Battalja bejn it-tieni u it-tielet lejn l-aħħar tat-tielet dawra, bi ftit kuntatt miż-żewġ xufiera. L-ewwel kantuniera kienet ftit eċitanti fejn il-karozzi kienu bieba ma’ bieba jipprovaw jaqalgħu lill xulxin però ma damet ħafna għaliex Gauci tilef il-kontroll tal karozza u b’hekk tilef iċ-ċans li jkun fil-quċċata.
Bonello ma kellu l-ebda diffikultajiet tul it-tellieqa kollha rebaħ faċilment b’distakk ta’ 24.632 sekondi minn Pulis fit-tieni post. Għalkemm Gauci tilef il-kontroll tal-karozza, b’determinazzjoni xorta baqa’ jissielet tul it-tellieqa u rnexxielu jispiċċa fit-tielet post. It-tellieqa li jmiss nhar l-Erbgħa fit-8:10 trasmissjoni diretta.