Minkejja li l-ilmijiet tagħna huma sorveljati l-ħin kollu minn diversi persuni, sejbiet ġodda jibqgħu jsiru. It-tim Spot The Jellyfish infatti sabu dik li tissejjaħ egg-yolk jellyfish, li l-isem xjentifiku tagħha huwa Phacellophora Camtschatica.
Din hija speċi li kapaċi tikber sa sittin ċentimetru. Minkejja l-kobor tagħha, il-gidma mhix daqshekk gravi. Tinsab fl-oċean Atlantiku u l-Paċifiku u rarissimu tidher fil-Mediterran.
Ritratti: www.oceanfoto.co.uk – Pete Bullen