L-attur ta’ fama mondjali, Brad Pitt, inħeles minn kull akkuża f’investigazzjoni ta’ abbuż ta’ tfal.
Is-CNN qed tikkwota sors qrib il-familja jgħid li l-attur kien meħlus mill-awtoritajiet ta’ Los Angeles wara investigazzjoni wara allegat abbuż li kien jinvolvi wieħed mit-tfal tiegħu. L-akkużi nibtu minn inċident fuq ajruplan privat f’Settembru. Inċident li seħħ ġurnata qabel Angelina Jolie talbet id-divorzju wara biss sentejn ta’ żwieġ. Is-CNN qal li Pitt ħa l-każ b’serjetà kbira u kkopera mal-awtoritajiet.