Gozo, il-kelb ta’ Fr Rob Galea ħallina fis-siegħat li għaddew. It-telfa tal-pet għal xi wħud tista’ tkun diffiċli ħafna. Fr Rob Galea, qassis Malti-Awstraljan ħa l-fama tiegħu meta permezz tal-mużika u l-kant beda jwassal il-messaġġ Reliġjuż b’mod aktar li jintlaħaq mill-bosta.
”B’qalbi maqsuma jkolli nsellem lill-aqwa ħabib tiegħi, u lil dak li jakkumpanjani, Gozo. Ninsab imdejjaq imma fl-istess ħin grat għar-rigal mill-isbaħ li tani f’ħajti tul dawn l-aħħar 11-il sena u aktar. Gozo ġab miegħu ferħ u urieni mħabba u lealta’ bla kundizzjoni. Ser nimmissjak”
Fr Rob Galea, f’kitba fuq il-midja soċjali tiegħu
Fl-2015, Fr Rob Galea kien parteċipant ta’ XFactor fl-Awstralja, u għalkemm avvanza fl-ewwel fażijiet tal-kompetizzjoni, kellu jieħu d-deċiżjoni li jitlaq fil-fażi tal-bootcamp minħabba impenji li kellu bħala qassis. Fl-2017 ħareġ il-kanzunetta ‘Dominoes’ flimkien ma’ Ira Losco, kanzunetta li titkellem dwar kif persuna jista’ jkun imkisser f’miljun biċċa, iżda l-bniedem xorta jista’ joħroġ b’saħħtu, qawwi u rebbieħ.