Il-kumpanija internazzjoni taż-żejt BP mistennija tieqaf tissuplixxi il-petrol u diesel lil bosta pompi tal-petrol madwar ir-Renju Unit.
Dan kollu seħħ minħabba l-impatt li ħalla n-nuqqas enormi ta’ xufiera madwar l-Ingilterra li jisuplixxu l-petrol.
Madwar ir-Renju Unit hemm elf u mitejn pompa ta’ petrol li għandhom il-marka tal-BP, b’tliet mija minnhom huma amministrati mill-kumpanija nnifisha.
Rapporti qed jgħidu wkoll kif il-kumpanija BP mistennija tagħlaq b’mod temporanju bosta pompi tal-petrol li għandha.
Intant, il-kumpanija qalet li se tagħmel minn kollox biex terġa’ ġġib is-sitwazzjoni lura għan-normal.
Bħalissa fir-Renju Unit u anki f’pajjiżi oħrajn fl-Ewropa hemm kriżi fil-qasam tal-enerġija minħabba n-nuqqas ta’ ftehim li jifissa prezz stabbli.
Fil-fatt f’dawn il-pajjiżi, il-prezzijiet tal-enerġija għolew m’għola s-smewwiet.