Il-boxer brittanniku Tommy Fury rebaħ il-ġlieda mistennija tal-lejl li għadda kontra l-amerikan Jake Paul b’deċiżjoni tal-ġurija. Il-ġlieda saret fid-Diriyah Arena fis-Saudi Arabia u għal Jake Paul din kienet l-ewwel telfa tal-karriera tiegħu.
Il-ġlieda kienet waħda mistennija anke għal fatt li ż-żewġ boxers huma personalitajiet fuq it-televiżjoni u l-media soċjali.
Lejliet dan il-konfront, it-tnejn li huma kellhom bosta battibekki u tgħajjir li kompla żied l-istennija għall-ġlieda.
Il-ġlieda kienet fuq tmien rounds. Kien Fury li beda tajjeb fl-ewwel żewġ rounds, izda Paul irreaġixxa fir-rounds ta’ wara.
Minkejja li t-tnejn ippruvaw jinnokjaw lil xulxin id-deċizjoni finali dwar min kellu jkun ir-rebbieħ spiċċat f’idejn il-ġurija.
Ritratt: Getty Images