Rebħa oħra għall-boxer malti Theon Camilleri waqt kompetizzjoni ta’ livell għoli li saret f’Porto l-Portugall.
Huwa ġġieled kontra fighter ta’ esperjenza u li kellu 20 ġlieda professjonali
Theon rebaħlu r-rounds kollha iżda fil-ħames round l-avversarju laqtu b’head butt aċċidentali tant li l-malti kellu ferita fonda.
B’hekk il-ġurija iġġudikat il-ġlieda fuq l-ewwel erba’ rounds u peress li kien il-boxer malti li ddominahom kien hu li ġie dikjarat rebbieħ bil-punti.
B’din ir-rebħa, Theon tela’ għal total ta’ sitt rebħiet minn daqstant ġlidiet u b’hekk għadu mingħajr telfa.
Theon Camilleri ilu jipprattika l-isport tal-Boxing għal dawn l-aħħar għaxar snin u jitħarreġ darbtejn kuljum. Ilu jipprattika l-Boxing minn meta kellu erbatax-il sena.
Theon issa qed jimmira li s-sena d-dieħla jagħmel madwar ħames ġlidiet oħra, tlieta fil-Portugall u tnejn f’Malta.