Iż-żewġ ġlidiet sanzjonati mill-UBO se jkunu tnejn għat-titlu interkontinentali u ieħor ghal titlu internazzjonali.
Il-boxers li se jieħdu sehem fl-avveniment ta’ nhar is-Sibt se jkunu ġejjin minn ħames pajjiżi differenti, fosthom Malta.
Fost il-boxers ewlenin lokali insibu ismijiet bħal Christian Schembri, Kerstin Brown, Claire Ciantar, Malik Zinad u Fathi Brebesh.
L-ewwel ġlieda nhar is-Sibt tibda fis-7 ta’ filgħaxija, bil-bibien jinfetħu siegħa qabel.