Suċċess għall-boxer maltija Gail Diacono li bħalissa qed tieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew tal-Boxing Under 22 f’Budva l-Montenegro.
L-erbgħa filgħaxija Diacono rebħet il-ġlieda tagħha fil-kwartifinali kontra avversarja mill-Montenegro Nina Radenovic, biex b’hekk aċċertat ruħha minn midalja tal-bronż.
Diacono issa tieħu sehem fis-semifinali, nhar il-Ġimgħa wara nofs-in nhar, sabiex tipprova ttejjeb il-kulur tal-midalja.
Fil-Kampjonat Ewropew U22 fil-Montenegro Gail Diacono hija akkumpanjata mill-kowċ tagħha Roland Sammut u l-Head Coach tal-Federazzjoni Maltija tal-Boxing Gabriele Martelli .
Diacono ilha tipprattika dan l-isport mill-2010 u l-mira tagħha hija li mhux biss tkompli tavvanza iżda saħansitra tikkompeti fl-ogħla kompetizzjoni sportiva fid-dinja, il-logħob olimpiku.
Gail Diacono flimkien mal-kowċ Roland Sammut (xellug) u l-Head Coach Gabriele Martelli (lemin)