Kienu bosta l-persuni li l-għada tal-Milied, u wisq probabli wara xi ikla mdaqqsa, għażlu li jqattgħu l-jum iddedikat lil San Stiefnu għall-kwiet.
F’dan il-jum magħruf anke bħala Boxing Day, ONE News żar il-Belt Valletta u staqsa lin-nies kif għażlu li jqattgħu din il-ġurnata.
Turist li kien miexi fil-Belt spjega kif hu qatta’ dan il-jum idur u jgawdi x-xemx proprju fil-jum ta’ wara l-Milied. Spjega kif hu gawda dan il-jum b’xeni mill-isbaħ tal-Belt Valletta, liema żjara hi l-ewwel tax-xorta tagħha għalih.
Kien hemm ukoll persuni li għażlu li jgawdu din il-ġurnata għall-kwiet wara jiem pjuttost impenjattivi li ħabtu qabel il-Milied.
Oħrajn spjegaw kif qattgħu dan il-jum irrilassati għall-kwiet mal-familja.
Ma naqsux persuni li ħadu s-sens ta’ din il-ġurnata b’ċajta b’kummenti bħal kif iqattgħu dan il-jum b’tikka boxing.