Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret il-31 edizzjoni ta’ Gladiators Fight Night organizzat minn Gladiators Promotions.
Għat-tielet darba, l-avveniment kien maqsum fuq jumejn minħabba ż-żieda kontinwa ta’ atleti u klabbs interessati li jipparteċipaw f’dan l-ispettaklu prestiġjuż ta’combat sport f’Malta.
Il-Ġimgħa, ġew organizzati 17-il ġlieda Boxing taħt il-Malta Boxing Federation, filwaqt li s-Sibt kien hemm 25 ġlieda ta’ Kickboxing K1 Muay Thai MMA u Boxing. Ġlidiet taħt il-Malta Kickboxing Association u l-Malta Boxing Association.
Din l-edizzjoni wriet livell gholi fis-setup, b’entratura spettakolari li żiedet mal-atmosfera eċċitanti tas-serata.
Gladiators Promotions huma magħrufa għall-professjonalità u l-organizzazzjoni ta’ livell għoli fil-combat sport f’Malta, u dan l-avveniment kompla jikkonferma r-reputazzjoni tagħhom. L-organizzaturi Noel Mercieca, Joesam Azzopardi ,Mariana Azzopardi Spiteri u Mariella Sciberras irringrazzjaw lill-isponsors li dejjem emmnu fil-viżjoni tagħhom, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet kollha, l-atleti li wrew interess li jipparteċipaw, il-kowċis, il-ħaddiema tal-avveniment, u l-partitarji li għal darb’oħra mlew l-arena matul iż-żewġ ijiem.

Il-maltin ippartecipaw kontra pajjizi kbar, fostom Greċja, Belħju, Italja u Portugal.
Il-maltin rebħu l-maġġoranza tal-ġlidiet b’żewġ ġlidiet biss mitlufa minn 12- il ġlieda internazzjonali .
Tliet titli ta’ Gladiators Title intrebħu fi-serata tas-Sibt : Victor Galea minn Sliema fight co rebaħ kontra Mehdi Ibrayne.
Borko Stanojcic min Fort Fitness rebaħ kontra Leon Montanaro ta’ Sliema Fight Co.
Faris Lukovic minn Fort Fitness rebaħ kontra Yakoubi.
Fost il-ħafna atleti ta’ livell għoli spikka wkoll Kieron Sultana fejn kellu ħlieda boxing il-Ġimgħa u oħra Kickboxing is-Sibt, fejn b’determinazzjoni kbira irnexxielu jirbaħ iż-żewġ ġlidiet .
Inzaghi Xuereb iddebutta bil-kbir fil-Boxing professjonali fejn għeleb lill-avversarju mill-Irlanda Pol Jeremaih b’TKO fit-tieni rawnd.
F’din l-edizjoni saru wkoll awards għall-aqwa fighter tas-serata. Dik tal-Ġimgħa intrebħet min Delson Grech (Good vi-bes Boxing Club). Tas-sibt ġiet mirbuħa minn Skyler Bezzina (Team Noel Fight and Fitness).
L-avveniment li jmiss issa huwa fuq skala internazzjonali li huwa ISKA AMA EUROPEANS, u se jsir għall-ewwel darba f’Malta matul id-9 u t-12 ta April.
Dan l-avveniment prestiġġjuż se jkun organizzat mill-Malta Kickboxing Association b’kollaborazzjoni ma’ Gladiators Promotions u mistenni jiġbed mijjiet l-aqwa talenti mill-Ewropa kollha għal ġimgħa mimlija azzjoni.



