Dwayne Zahra jirbaħ midalja tad-deheb, Kayden Lagana tal-fidda fl-24 edizzjoni tal- JIC Sinjoor Youth Tournament fil Belġju.
Zahra, li għandu 14 -il sena spiċċa l-ewwel fil-kategorija D, filwaqt li Lagana, li għandu 11-il sena spiċċa t-tieni fil-kategorija B fit-tieni waqfa tat-Tour Ewropej taż-żgħażagħ 2019/2020, il-YET.
Zahra kellu bidu b’saħħtu ferm fejn għadda għal finali fit-tielet post, biex kompla tajjeb ħafna u tela’ l-ewwel b’medja sabiħa ta 210, u spiċċa biex għeleb lill-Olandiż Vin van der Loo fuq żewġ logħbiet 445-428.
Fi Grupp B, Lagana għadda għall-finali fit-tielet post, fejn kellu jegħleb lil Andrii Gadiatski 183-161 biex b’hekk lagħab kontra l-plejer b’sahhtu mid-Danimarca Tobias Kastfelt. Lagana kine fuq quddiem b’pin wiehed biss wara l-ewwel logħba, iżda serje ta’ splits fissru li tilef ma’ Tobias b 25 pin u spiċċa fit-tieni post.
Zahra u Lagana kienu parti min 10 zaghzugh Malti li hadu sehem fost kwazi 400 plejer mill-Ewropa kolla.
Dawn kienu Juliana Bonanno, Sara Xuereb, Kathryn Fenech, Philip Grupetta, Matthew Magro, Miguel Xuereb, Edward Xuereb u Chris Fenech. Ta ‘min isemmi l-logħob ta’ Magro, li m’għaddiex għal finali b’distakk ta 12-il pin biss, kif ukoll lil Miguel Xuereb, li lagħab ukoll logħba għolja ta’ 277 biex għadda għall-finali u spiċċa fis-sitt post f’kategorija E.