It-tim tal-bowling “OKMalta.com” rebħu l-ogħla saff tal-kampjonati nazzjonali tal-bowling għas-seba’ staġun konsekuttiv. Irnexxielhom jibqgħu r-rebbieħa ta’ Division 1 fl-aħħar logħba ta’ dan l-istaġun wara li lagħbu kontra l-avversarji tagħhom “Tm Brunswick” li spiċċaw fit-tieni post.
It-tim ta’ Sue Abela, Tm Brunswick, kellhom opportunità biex jieħdu l-league mir-rivali tagħhom f’din il-logħba deċiżiva, iżda kellhom bilfors jirbħu it-tliet logħbiet kollha minn din il-partita b’vantaġġ konsiderevoli sabiex jaqilbu t-tiebreaker ta’ pinfall totali; it-tim OKMalta.com kellhom bżonn jirbħu jew jiksbu draw f’logħba waħda biss sabiex jikkonfermaw titlu ieħor. L-ewwel logħba marret kif xtaqu l-isfidanti Tm Brunswick wara li mhux biss kisbu l-ewwel logħba, imma wkoll skurjaw l-aqwa logħba bħala tim mill-istaġun sħiħ fost it-timijiet kollha fl-Ewwel Diviżjoni – Tm Brunswick spiċċaw l-ewwel logħba b’skor finali ta’ 954 fost l-erba’ plejers tagħhom (punteġġi individwali kienu: 245-257-268-184).
Minkejja l-logħob brillanti ta’ Tm Brunswick, OKMalta.com baqgħu jinsistu u meta kienu għadhom indaqs viċin it-tmiem tat-tieni logħba, iċ-champions renjanti kollha rnexxielhom jisstrajkjaw fl-aħħar żewġ frejms sabiex jikkonfermaw il-kontinwament tar-renju tagħhom bħala l-aqwa tim tal-bowling f’Malta. Huma spiċċaw rebħu din il-logħba bil-punteġġi finali 797-836.
Fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, għaxar timijiet lagħbu kontra xulxin darba f’staġun ta’ disa’ ġimgħat biss f’rawnd wieħed flok tnejn fuq 18-il ġimgħa. F’kull partita, intlagħbu serje ta’ tliet logħbiet b’format ta’ 4v4. Din ir-rebħa tfisser li OKMalta.com ilhom l-aqwa tim tal-bowling f’Malta għal tliet snin – l-ewwel kampjonat minn dawn is-sebgħa infila ġie fl-2019.
OKMalta.com irnexxielhom ikomplu jirbħu bl-istess roster tal-qalba: Dennis Mercieca, Kenneth Arpa, Rankin Camilleri, Mauro Anastasi, u ż-żagħżugħ Nicholas Muscat. Kenneth Arpa huwa ċ-champion nazzjonali kurrenti, Mauro Anastasi kien iċ-champion nazzjonali għal ħames snin ta’ qabel sieħbu, Mercieca u Camilleri ġieli rrappreżentew lil Tim Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali, u Muscat riċentament ġie lura mill-European Youth Championships (EYC 2022) b’midalja tal-fidda u żewġ midalji tal-bronż.
“Tm Brunswick” spiċċaw it-tieni fil-kampjonat bl-iskwadra ta’ Sue Abela, Kayden Laganà, Nicolai Mallia, Chris Fenech, Daniel Grech, u Matthew Magro. Fit-tielet post spiċċaw it-tim “Supersonic” bil-plejers Matthew Muscat, Daniel Ricciari, Kyle Patrick Camilleri, Clayton Zammit Cesare, u Giancarlo Tolu.