Mark Spiteri u Sue Abela huma r-rebbieħa tat-13-il edizzjoni tal-Kampjonat Nazzjonali tas-Seniors tal-Bank of Valletta organizzat mill-Malta Bowling Association fuq 18-il logħba.
Il-bowlers li għandhom mill-inqas 50 sena huma eliġibbli biex jieħdu sehem f’dawn il-kampjonati, u peress li l-bowling mhux sport impenjattiv fiżikament, f’dawn il-kampjonati kien hemm xi wħud mill-aqwa bowlers ta’ Malta. Il-parteċipanti kollha ngħataw handicap ibbażata fuq l-età tagħhom, aktar milli abbażi tal-punteġġ medju tagħhom bħas-soltu, b’kull bowler jiġi assenjat punti ta’ handicap għal kull sena li għandhom aktar minn 50.
Sue Abela bdiet il-kampjonat tan-nisa bħala l-favorita għar-rebħ Sue Abela reġgħet fejn kisbet l-ogħla punteġġ kemm mill-irġiel u kif ukoll in-nisa kollha, b’total ta’ 3951 pin fi 18-il logħba. Abela kisbet medja ta’ 213.50 (219.50 bil-handicap) wara tlett ijiem ta’ logħob u spiċċat is-serje kollha kważi elf pin aktar minn Liliana Spiteri (total ta’ 3082) li kisbet it-tieni post. S’issa, Abela rnexxielha tirbaħ dawn il-kampjonati sitt darbiet, f’kull sena li kienet eliġibbli biex tipparteċipa.
Dennis Mercieca sab ruħu fl-ewwel post wara l-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni, però spiċċa fit-tieni post wara li nqabeż minn Mark Spiteri fit-tieni ġurnata u żamm din il-pożizzjoni bi skor medju ta’ 205.89 (212.89 bil-handicap) u skor finali ta’ 3832 wara l-logħob kollu. Huwa kien l-unika raġel li kiseb b’punteġġ medju scratch ‘l fuq minn 200 – Mercieca spiċċa b’skor finali ta’ 3604 (medja ta’ 194.22 scratch). Fit-tielet post spiċċa ċ-champion nazzjonali kurrenti Kenneth Arpa b’skor finali ta’ 3567 u medja scratch ta’ 195.17. Din ir-rebħa fissret it-tielet darba li Mark Spiteri rebaħ dawn il-kampjonati.
Ernest Agius, Chief Operating Officer fi ħdan il-Bank of Valletta, akkumpanjat mill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Bowling ta’ Malta Edward Mifsud, ippreżenta t-trofej liċ-champions. Il-Bank of Valletta jemmen bis-sħiħ fl-imġieba Etika u Responsabbli bħala parti mill-impenji ESG tiegħu. L-isport jippromwovi l-ġustizzja, l-integrità, ir-responsabbiltà u r-rispett, li l-Bank of Valletta jippromwovi bħala l-pilastri ta’ komunità b’saħħitha.