Suċċess importanti għall-Bowling lokali hekk kif Malta rebħet il-midalja tal-bronż fil-kompetizzjoni tat-timijiet tal-irġiel waqt il-Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ f’Wittelsheim, Franza.
It-team malti kien kompost mill-plejers Nicolai Mallia, Dwayne Zahra, Nicolas Muscat u Kayden Lagana’. Huma kienu f’vena mill-aqwa hekk kif għall-ewwel draba minn kemm ilna nieħdu sehem f’dan il-kampjonat għaddew għas-semifinali kontra l-iSvezja.
Fis-semifinali it-team malti ta sfida lill-avversarji u tilef bi skor ta’ 857 għal 781.
Id-deheb intrebaħ mill-Finlandja filwaqt li l-iSvezja rebħu l-fidda. Malta u Slovakja rebħu l-bronż bħala l-pajjiżi li tilfu s-semifinali rispettivi.
It-team malti kien immexxi mill-kowċies Mark Spiteri u Rick Vogelesang.