Il-plejers tal-Bowling lokali Mark Spiteri, Dennis Mercieca, Kenneth Arpa u Danial Swift illum telqu lejn Leipzig biex jieħdu sehem fil-Kampjonat Ewropew tas-Seniors. B’kollox se jkun hemm 108 irġiel u 96 nisa li jirrappreżentaw 28 pajjiż madwar l-Ewropa, flimkien mal-Iżrael u l-Afrika t’Isfel, bejn l-24 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar.
It-tim iffinalizza t-taħriġ tiegħu din il-ġimgħa fis-Superbowl f’The Eden, u ħa vantaġġ li jkun jista’ jipprattika fuq lanes preparati mill-magna taż-żejt Kegel ġdida fjamanta installata fiċ-ċentru.
Il-vjaġġ kien possibbli bl-appoġġ ġeneruż tal-VisitMalta.com